​Identifikat il-katavru li nstab fir-Ramla

Ġie identifikat il-katavru li bħal-lum ġimgħa ttella’ mill-baħar fir-Ramla.
Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li l-katavru huwa tal-Ungeriż ta’ 17-il sena li ma telax lura wara li kien qed jgħum.
Iż-żagħżugħ għeb 12-il jum ilu wara li niżel jgħum ma’ ħuh f’Għar Qawqla f’Marsalforn.
Minħabba li l-awtopsja kienet inkonklussiva, kellhom isiru testijiet tad-DNA biex tiġi stabbilita l-identità tal-katavru.
Il-katavru, b’rasu frakassata, intlemaħ maqbud ma’ ħabel tas-swimming zone fin-naħa magħrufa ‘tan-Nadur’, u ttella’ mill-baħar mill-Forzi Armati ta’ Malta.