Identifikat il-katavru li nstab f’Wied il-Għajn

Il-Pulizija rnexxielha tidentifika l-katavru ta’ raġel li nstab ilbieraħ fil-baħar f’Wied il-Għajn, fl-inħawi magħrufa bħala l-Fajtata.
Dan hekk kif irriżulta li l-katavru huwa ta’ nazzjonalità Serba li għandu 31 sena.
Il-katavru ttella’ l-art minn membri tal-Forzi Armati ta’ Malta.
Biswit ir-raġel instabu ċ-ċwievet u l-mowbajl tiegħu.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.