Identifikat il-ġisem li nstab f’Santa Luċija

delitt Santa Luċija

Read in English.

Il-ġisem li nstab f’appartament f’Santa Luċija ġie identifikat bħala dak ta’ Victor McKeon ta’ 62 sena.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li ħarġu r-riżultati tal-analiżi tad-DNA li kkonfermaw l-identità tal-vittma. Id-DNA tal-ġisem ġie mqabbel ma’ dak tal-qraba ta’ McKeon li kien jgħix fl-appartament li fih instab il-ġisem tiegħu. Il-każ qed jiġi ttrattat bħala wieħed ta’ omiċidju.

Skont il-Pulizija esperti forensiċi għadhom qed jippruvaw isibu x’kienet il-kawża tal-mewt ta’ McKeon.

Nhar l-Erbgħa l-Pulizija qalet li qed tfittex raġel li kien jgħix fl-appartament ta’ McKeon.

Meta kienu daħlu fl-appartament, il-pulizija sabu ġisem imgeżwer f’boroż tal-iskart fil-kamra tal-banju.