Identifikat il-bojja tal-aħħar filmat tal-ISIS

L-aħħar bojja li deher fil-filmat tal-Istat Iżlamiku fl-aħħar jiem ġie identifikat bħala l-Ingliż Siddhartha Dhar, ta’ oriġini Indjana, li kkonverta għall-Iżlam mill-Hindu.
Oħt ir-raġel qalet li malli semgħet il-vuċi fil-filmat mill-ewwel xebbħitha mal-vuċi ta’ ħuha imma qalet li mhix 100% ċerta.
Ir-raġel, ta’ 32 sena, kien ġie arrestat fl-Ingilterra fuq suspett ta’ inkoraġġiment ta’ terroriżmu, imma ħareġ fuq libertà proviżorja fl-2014, u rnexxielu jaħrab lejn is-Sirja.
Dhar hu missier ta’ erbat itfal u twieled u trabba f’Londra.
Mal-konverżjoni tiegħu għall-Iżlam, bidel ismu għal Abu Rumaysah, u ngħaqad ma’ grupp radikali fejn kien jgħix.