Iddiżappuntati li l-LSEs se jkollhom iħallsu

Read in English.

L-Unjin tal-Edukaturi Professjonali (UPE) fi stqarrija sostniet li mhix sorpriża bl-aħbar li issa l-Learning Support Educators se jkollhom jibdew jħallsu għall-kors ta’ 10 ġimgħat, liema kors kien qabel issusidjat mill-Gvern. L-UPE qalet li din l-professjoni sensittiva intesiet kemm mill-Gvern kif ukoll mill-Unjin tal-Għalliema Maltin, l-MUT.

Fl-istess stqarrija l-UPE qalet li tinsab ferm iddiżappuntata u sostniet li minħabba n-nuqqas tal-LSEs, l-Unjin temmen li l-Ministeru tal-Edukazzjoni għandu jkompli jiffinanzja dawn l-korsijiet biex l-għadd ta’ professjonisti f’dan il-qasam ma jonqsux.