Iddikjarat stat ta’ emerġenza f’reġjun fl-Awstralja

TOPSHOT - The afternoon sky glows red from bushfires in the area around the town of Nowra in the Australian state of New South Wales on December 31, 2019. - Thousands of holidaymakers and locals were forced to flee to beaches in fire-ravaged southeast Australia on December 31, as blazes ripped through popular tourist areas leaving no escape by land. (Photo by SAEED KHAN / AFP) (Photo by SAEED KHAN/AFP via Getty Images)

L-Awtoritajiet fl-Australian Capital Territory (ACT) iddikjaraw stat ta’ emerġenza fir-reġjun ta’ Canberra minħabba n-nirien li għadhom persistenti fiż-żona.

It-territorju qed jesperjenza l-agħar każ ta’ nirien fl-aħħar 20 sena. Dan skont uffiċċjali ta’ ACT. Jidher li l-fjamma ewlenija qed taħkem aktar minn 18,500 ettaru ta’ art. Ir-residenti tal-fruntiera ta’ Canberra ġew imħeġġa joqgħodu attenti hekk kif hemm ċans li jiġu ordnati xi evakwazzjonijiet.

Din l-art li tinsab bejn Sydney u Melbourne jgħixu fiha 400,000 resident. In-nirien li seħħew f’Canberra lura fl-2003 kienu qatlu erba’ persuni, darbu 500 oħrajn u qerdu 470 dar.