Identifikat il-katavru li ttella’ mill-baħar f’San Ġiljan

Ġie dentifikat il-katavru tar-raġel li ntlemaħ fil-bajja ta' San Ġiljan. 
Il-katavru huwa tal-Franċiż li ġie rrappurtat mitluf nhar is-Sibt li għadda wara li kien qabeż fil-baħar waqt boat party. Huwa kien flimkien ma' erba' sħabu wara li qabżu fil-baħar minn fuq dgħajsa li kienet dieħla lura għax-Xatt ta’ Tas-Sliema għall-ħabta tan-12.30am.
Il-katavru nstab nhar l-Erbgħa li għadda mill-Forzi Armati ta' Malta madwar mil ’il bogħod mill-art, fl-inħawi ta’ Portamaso.