Iddaħħal gear ħażin u l-karozza tispiċċa tegħreq f’Wied il-Għajn

Omm u binha ta’ 16-il sena jistgħu jgħodduha b’waħda hekk kif il-karozza li kienu fiha spiċċat fil-baħar iżda rnexxielhom joħorġu mit-tieqa.
L-inċident ġara llum għall-ħabta tal-ħamsa ta' waranofsinhar fi Triq is-Salini f’Wied il-Għajn.
Il-karozza spiċċat fil-baħar wara li l-omm ta’ 53 sena, daħħlet gear ħażin waqt li kienet qed tipprova toħroġ mill-parkeġġ.
Fortuntament kellhom it-twieqi mniżżla u għalhekk l-omm u binha ħarġu mingħajr problemi.
Jidher li ma weġġgħux iżda huma taħt xokk.