Id ta’ għajnuna għal kull min għaddej mit-tbatija

Il-poplu Malti se jkompli jkun konxju tar-responsabbiltà li għandu s-Segretarjat Assistenza Soċjali (SAS) tal-Azzjoni Kattolika lejn kull min ikun għaddej mill-mixja tat-tbatija.
Dan hekk kif bejn is-7 u l-14 ta’ April, l-SAS tal-Azzjoni Kattolika se jorganizza ‘Ġimgħa ta’ Sagrifiċċju’ fl-Arċidjoċesi ta’ Malta.
Matul din l-attività ta’ karità u kompassjoni, se ssir ġabra mill-pubbliku bl-għan li l-familji fil-bżonn jingħataw spalla fuq xiex iserrħu.
Minbarra għajnuna materjali, l-SAS tal-Azzjoni Kattolika jgħin lill-familji permezz tas-servizzi tal-ħaddiema soċjali hekk kif jikbru fl-istima personali tagħhom.
Barra minn hekk, ta’ kuljum, l-SAS joffri servizz ta’ ħarġiet bil-vannijiet bit-tail-lift għall-anzjani u persuni b’diżabbiltà.