Id-Dwana tinvesti fil-klieb tagħha

Id-Dwana ta’ Malta se tinvesti fi tmint iklieb ġodda sabiex ittejjeb l-operazzjonijiet tagħha fit-tiftix għal sustanzi illeċiti bħas-sigaretti u x-xorb, kif ukoll fil-kuntrabandu ta’ oġġetti oħra.
Dan wara li l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi, l-OLAF, laqa’ t-talba tad-Dwana sabiex isir investiment fit-taqsima tal-klieb.
Il-fondi, li l-biċċa l-kbira minnhom huma ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea, jammontaw għal €331,262.