Id-Dwana tinterċetta eluf ta’ jeans foloz

Read in English.

Uffiċjali tad-Dwana interċettaw container fil-Freeport b’26,688 par jeans foloz.

Fi stqarrija, id-Dwana qalet li l-container suppost kien qed iġorr qliezet ta’ ditta rinomata, però irriżulta li kienu kontrafatti.

Rappreżentanti legali f’Malta tal-kumpanija right holder ikkonfermaw dan. Il-kumpanija mistennija tippreżenta rikors fil-Qorti Ċivili kontra l-kumpanija kontraventriċi.