Filmat: Id-Dwana tinterċetta 91,000 mowbajl, 47 miljun sigarett u 31,000 ballun

    Read in English.

    Id-Dipartiment tad-Dwana kompla għaddej b’ħidma li wasslet għal aktar suċċess billi s-sena li għaddiet interċettat ‘il fuq minn 91,000 mowbajl, 277,000 aċċessorji tax-xagħar u prodott ta’ sbuħija, 47 miljun sigarett, 31,000 ballun tal-futbol u 126,000 ħwejjeġ u żraben.

    Dawn l-oġġetti, li kollha kienu jġorru fuqhom marka ta’ prodotti popolari, instab, wara li ġew riferuti lill-esperti tal-aġenti ta’ dawn id-ditti, li kienu qed jiksru l-liġijiet tad-Dritt tal-Propjetà Intellettwali (Intellectual Property Rights).

    Dawn is-suċċessi, minkejja li hija Dwana ta’ pajjiż żgħir, ipoġġu lid-Dwana ta’ Malta mal-aqwa Dwaniet tad-dinja fejn tidħol il-ġlieda kontra prodotti kontrafatti.