Id-Dwana tinterċetta 23 kontejner mgħobbija b’dgħajjes; kienu sejrin il-Libja

Read in English.

Matul ix-xhur u l-ġimgħat li għaddew id-Dwana ta’ Malta interċettat 23 kontejner li fuqhom kien hemm mgħobbijin dgħajjes destinati lejn il-Libja.

Fi stqarrija mid-Dipartiment tad-Dwana kien spjegat kif id-dipartiment qed jgħin fil-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali. Is-Strategic Trade and Sanctions Monitoring Unit (SMTSU) interċettat 23 kontejner fil-Freeport li kollha kemm huma kienu destinati lejn il-Libja. Dawn il-kontejners kienu parzjalment mgħobbija b’dgħajsa kull wieħed. Il-moviment tagħhom kien ikkunsidrat bħala ristrett minħabba li l-kontenut tagħhom kien tagħmir marittimu suspettat li jista’ potenzjalment jiffaċilità l-immigrazzjoni illegali.

Id-dgħajjes inżammu wara diversi diskussjonijiet mall-bord li jimmonitorj s-sanzjonijiet. Id-dgħajjes ma tħallewx imorru lejn id-destinazzjoni tagħhom abbażi tal-proviżjonijiet tal-Avviż Legali 259 tal-2020 u l-liġi tad-Dwana li tinstab f’Kapitlu 37 tal-Liġijiet ta’ Malta.