Id-dwana tingħata premju għall-ħidma tagħha kontra l-kuntrabandu

Id-Dipartiment tad-Dwana rebaħ unur għall-ġlieda tiegħu kontra l-kutrabandu.
Huwa ngħata l-ħajr mill-organizzazzjoni internazzjonali li tipproteġi l-proprjetà intellettwali, Global Anti Counterfeiting Group.
F’ċerimonja li saret f’Pariġi, id-Dwana rebħet unur fil-kategorija tal-Awtorità Nazzjonali għar-riżultati li kisbet fl-aħħar snin fil-ġlieda kontra l-kummerċ ta’ prodotti b’ikketti tad-ditti foloz.
L-unur irrikonoxxa li minkejja Malta hija l-iżgħar pajjiż tal-Unjoni Ewropea, hija xorta kisbet riżultati pożittivi. Dan wara li fl-2014 id-Dipartiment tad-Dwana qabad it-tieni l-ogħla numru ta’ oġġetti tal-kuntrabandu fl-UE.  Filwaqt li fl-2015 id-Dwana qabdet aktar minn 1,200,000 prodott b’kuntrabandu.