Id-Dwana tikkonfiska 477 flixkun f’ħanut fl-Imsida

Read in English.

L-uffiċjali tad-Dwana kkonfiskaw 477 flixkun li ma kellhomx l-istrixxa tas-sisa.

Fi stqarrija, id-Dwana spjegat li waqt spezzjonijiet ta’ kuljum f’minimarket fl-Imsida, instabu spirti fuq l-ixkafef li ma kellhomx l-istrixxa tas-sisa. Huma baqgħu jfittxu fil-ħanut u fl-imħażen tiegħu u sabu total ta’ 477 flixkun alkoħoliku mingħajr din l-istrixxa.

Is-sezzjoni tad-Dwana tal-infurzar għaddejjin b’ħidma biex inaqqsu l-bejgħ ta’ xorb li ma jkollux is-sisa biex iwaqqfu l-kuntrabandu, u jiġbru t-taxxi li qegħdin iħallsu l-klijenti.