Id-Dwana tikkonfiska 320,000 sigarett bil-kuntrabandu

sigaretti-kuntrabandu
Facebook

Read in English.

Id-Dwana, flimkien mal-Pulizija, ikkonfiskat kważi 320,000 sigarett bil-kuntrabandu minn ġo karozza u tliet garaxxijiet f’Ħal Qormi lbieraħ.

Dan seħħ permezz ta’ ħidma konġunta bejn it-Taqsima tal-Infurzar tad-Dwana u r-Rapid Intervention Unit (RIU) fi ħdan il-Korp tal-Pulizija.

Ilbieraħ filgħodu, uffiċjali tad-Dwana saqu wara karozza li kienet fi triqitha ‘l barra minn Ħal Qormi u talbu l-għajnuna tal-pulizija biex jaqbdu din il-karozza. Eventwalment, il-karozza twaqqfet f’Ħal Għaxaq, u minn tfittxija li saret fil-vettura nstabu 89,600 sigarett bil-kuntrabandu. Is-sewwieq tal-karozza ġie arrestat u nfetħet investigazzjoni fuqu.

Saru aktar tfittxijiet f’żewġ garaxxijiet, ġo bar u ġol-maħżen tal-bar li huma ta’ żewġ irġiel b’konnessjoni mar-raġel li ġie arrestat. Minn hemm instabu 229,340 sigarett ieħor. B’hekk it-total ta’ sigaretti misjubin huwa ta’ 318,640 sigarett. Dawn iż-żewġ persuni wkoll ġew arrestati u qed jiġu investigati.

Facebookhttps://newsbook.com.mt/eluf-ta-sigaretti-tal-kuntrabandu-kkonfiskati-mid-dwana/

Id-Dwana qalet li t-taxxi li ma kinux qed jitħallsu b’dan il-kuntrabandu huma €55,777 f’taxxa tas-sisa, €12,664 bħala VAT u €5,327 fuq importazzjoni, b’total ta’ €73,768.

L-Uffiċċju tad-Dwana rringrazzja lill-Korp tal-Pulizija tal-għajnuna tiegħu f’dil-ħidma.