Id-Dwana tikkonfiska 1,600 televiżjoni u mat-350 A/C

Id-Dwana ta’ Malta skopriet tliet kontejners li kienu qed jagħmlu dikkjarazzjonijiet foloz fejn sabu mal-1,600 televiżjoni mhux iddikjarat u mat-350 apparat tal-arja kkundizzjonata li wkoll ma kinux iddikjarati.

Fi stqarrija, id-Dwana qalet li żewġ kontejners kienu ddikjarati li qed jittrasportaw monitors. Iżda wara ħidma tad-Dwana nstab li dan ma kienx minnu u fil-kontejner instabu 1,627 televiżjoni. It-tieni kontejner kien iddikjarat li qed iġorr generators. Minflok dan instab li kien qed iġorr 188 A/C indoor units u 171 A/C outdoor units. L-importaturi kienu ppreżentati b’notifika li l-prodotti tagħhom ġew konfiskati.

Intant, l-uffiċjali tad-Dwana kkonfiskaw ukoll 3,880 sigarett minn bastiment tal-merkanzija li daħal fil-Freeport ilbieraħ filgħaxija.

Il-kaptan tal-bastiment kien iddikjara li fuq il-bastiment ma kienx hemm sigaretti u dawn l-anqas ma kienu qed jinġarru mill-mebri tal-ekwipaġġ. Minkejja dan, wara tfittxijiet li saru fuq il-bastiment instabu 10 kartuniet ta’ sigaretti li ma kellhomx marka tas-sisa fuqhom.Is-sigaretti ġew konfiskati sakemm issir aktar investigazzjoni mid-Dipartiment tad-Dwana.