Id-Dwana taqbad kważi €3 miljun f’5 snin

Dwana

Read in English.

F’ħames snin id-Dipartiment tad-Dwana rnexxielu jaqbad kważi €3 miljun flus kontanti.

Fi stqarrija, id-Dwana qalet li bejn l-2015 u din is-sena, kellha 128 każ ta’ ċaqliq ta’ flus illegalment, u b’hekk qabdet total ta’ €2,750,034.

L-iżjed qabda kbira ta’ flus saret fl-2019, b’66 każ, filwaqt li l-inqas kien fl-2015, b’qabda waħda biss. Skont l-istatistika, donnu kulma jmur, dejjem qed jiżdiedu dawn il-każijiet, ħlief din is-sena peress li mis-sena l-oħra ‘l hawn, naqsu b’27 każ.

         Sena                             Għadd ta’ qabdiet                Ammont
20151€41,400
20162€72,971
201710€241,440
201810€203,335
201966€1,547,116
202039€643,772