Id-Dipartiment tad-Dwana qabad mal-174 miljun sigarett bil-kuntrabandu f’ħames snin, li jiswew aktar minn €43.5 miljun, u kważi 7,000 kilogramma tat-tabakk, li jiswew €355,000.
L-iżjed valur għoli ta’ tabakk li nqabad kien fl-2019 u l-inqas fl-2015.
- 2015: sigaretti – 803,880;
- 2015: tabakk – 505 kilogrammi;
- 2016: sigaretti – 29,680,575;
- 2016: tabakk – 303 kilogrammi;
- 2017: sigaretti – 21,687,951;
- 2017: tabakk – 220 kilogramma;
- 2018: sigaretti – 47,022,986;
- 2018: tabakk – 2,135 kilogramma;
- 2019: sigaretti – 73,923,822;
- 2019: tabakk – 1,465 kilogramma;
- 2020: sigaretti – 747,349 (sa Ottubru);
- 2020: tabakk – 2,271 kilogramma (sa Ottubru)
Il-valur totali tal-prodotti tat-tabakk li nqabdu kien:
- 2015 – €232,623;
- 2016 – €7,476,185;
- 2017 – €5,435,733;
- 2018 – €11,877,468;
- 2019 – €18,504,127;
- 2020 – €329,494 (sa Ottubru)
Stqarrija tad-Dwana tgħid li stħarriġ li sar fl-2019 mill-KPMG juri li l-konsum tas-sigaretti illeċiti f’Malta jirrappreżenta 10% tas-suq, li juri tnaqqis ta’ 19.1% mill-2016, 17.9% mill-2017 u 10.7% mill-2018.
Il-konsum lokali tas-sigaretti u t-tabakk jiġġenera €98.8 miljun fi dħul. Huwa stmat, skont id-Dwana, li 90% tal-konsum lokali huwa nadif u kif suppost billi jitħallsu t-taxxi kollha meħtieġa. B’hekk, 10% tas-suq huwa illeċitu. Dan jammonta għal €9.8 miljun f’taxxi.
Id-Dipartiment tad-Dwana jirnexxilu jirkupra 3% tas-suq illeċitu, b’medja ta’ €325,000 fis-sena.