Id-Dwana taqbad €43,800 mhux iddikjarati permezz tal-kelba Sophie

Sophie Canine Customs
Id-Dwana ta' Malta

Read in English.

It-tim ta’ kontra l-ħasil tal-flus fi ħdan id-Dwana rnexxielu jaqbad €43,800 mhux iddikjarati bis-saħħa tal-kelba Sophie.

Dan ġara fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu, waqt tfittxijiet li kienu qegħdin isiru fis-Seaport. Qabel ma qabdu l-vapur għall-Italja, żewġ passiġġiera Franċiżi, mara u raġel, twaqqfu biex jiġu ċċekkjati, wara li Sophie indikat li hemm xi ħaġa suspettuża fil-karozza tagħhom.

Meta ġew mistoqsija kemm għandhom flus fuqhom, il-passiġġiera qalu li għandhom madwar €20,000. Mit-tfittxijiet li saru fuqhom, ġol-vettura u ġol-affarijiet tagħhom, instabu €21,850 u €21,950 fuq kull persuna.

Mill-bidu ta’ din is-sena, dan it-tim fid-Dwana, flimkien mat-tim tal-klieb, irnexxielu jaqbad €556,182 ta’ flus mhux iddikjarati, f’34 każ separat.

Skont il-liġi, il-passiġġiera qablu li l-każ jissolva barra l-qorti, u huma weħlu multa ta’ għemilhom.

L-aħħar biċċa xogħol ta’ Sophie
Sophie taqbad passiġġiera għal Istanbul bi €11,380