Id-Dwana taqbad 2900 sigarett b’kuntrabandu

Read in English.

Uffiċjali tad-Dwana qabdu 2900 sigarett bil-kuntrabandu minn stabbiliment f’Raħal Ġdid wara wara xhur ta’ sorveljanza. 

Fi stqarrija mingħand id-Dipartiment tad-Dwana, ġie spjegat li saret spezzjoni tal-vetturi tas-sid kif ukoll tal-istabbiliment, fejn ġew elevati 2,900 sigarett li ma kellhomx il-boll tas-sisa.

Qbil barra mill-Qorti jispiċċa f’multa ta’ minn tal-inqas €1,500. Jekk il-każ jispiċċa quddiem il-Qorti, il-multa tista’ tvarja bejn €3,500 u €25,000.