Id-Dwana taqbad 11-il miljun sigarett li kellhom ikunu basktijiet tal-plastik

Id-Dwana ta’ Malta qabdet 10.9 miljun sigarett f’kontejner li sippost kellu jġorr basktijiet tal-plastik.
Il-kontejner, tal-40 pied, kien ġej mit-Turkija fi triqtu għal Spanja u meta twaqqaf biex jiġi spezzjonal fil-Port il-Ħieles instabulu dan l-ammont ta’ sigaretti tad-ditta Toros.
Il-kontejner u s-sigaretti nażmmu mill-ewwel mill-uffiċjali, u qed jiġu investigati mid-Dipartiment tad-dwana.