​Id-Dwana taqbad mat-3 miljun oġġett falz

Matul is-sena l-oħra, id-Dwana ta’ Malta interċettat kważi d-doppju ta’ każijiet fejn kienu qed jiddaħħlu oġġetti b’tikketti foloz.
Rapport tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-ħidma tad-dwana u l-infurzar tal-Liġi dwar il-Propjetà Intellettwali, juri li fl-2016, l-uffiċjali tad-Dwana f'Malta ħadmu fuq 87 każ, meta mqabbel mas-46 każ tas-sena ta’ qabel.
Bl-istess mod, anke l-għadd ta’ oġġetti b’tikketti foloz li ġew interċettati mid-Dwana Maltija laħħqu it-2.6 miljun. Is-sena ta’ qabel, kienu nqabdu madwar 1.3 miljun artiklu falz.