Id-Dwana ma sabet l-ebda manuskritti antiki misruqa

Id-Dipartiment tad-Dwana ta’ Malta jiċħad li Qurans, kotba u manuskritti antiki misruqa, u li huma wirt tal-Libja, instabu f'bagalja li ġiet eżaminata fid-dwana ta' Malta u nżammet. 
Id-Dwana tikkonferma li fl-ebda punt tal-wasla f’Malta, sew jekk bil-baħar, bl-ajru jew bil-posta, ma nżammu oġġetti simili.