Qabdiet ta’ €110 miljun fi droga f’5 snin

Dwana

Read in English.

Fl-aħħar ħames snin, id-Dipartiment tad-Dwana qabad droga li tammonta għal €110.2 miljun.

Fi stqarrija maħruġa dalgħodu, id-Dwana qalet li hemm tħassib fuq il-gruppi ta’ kriminalità organizzati bil-kwantitajiet kbar ta’ kokaina, ħaxixa tal-kannabis u eroina li jiġu trasportati bil-baħar.

Bejn l-2015 u l-2020, id-Dwana qabdet:

  • 16,385 kilogramma tal-kannabis
  • 1,142 kilogramma tal-kokaina
  • 5.4 kilogrammi ta’ khat
  • 2.6 kilogrammi ta’ droga sintetika
  • 2.4 kilogrammi tal-eroina
  • 404 pillola tal-ecstasy

Skont statistika ppreżentata fil-Parlament Malti x-xahar li għadda, 118-il traffikant tad-droga tressqu l-qorti fl-2015, 108 fl-2016, 60 fl-2017, 107 fl-2018, 164 fl-2019, u 65 s’issa din is-sena.

Tressqu l-qorti fuq akkużi ta’ pussess tad-droga 408 persuni fl-2015, 659 fl-2016, 634 fl-2017, 506 fl-2018, 387 fl-2019 u 117-il persuna, s’issa, din is-sena.

Ingħad li fl-2018, kien hemm ħafna qabdiet tal-kannabis. Għadd ta’ pajjiżi fejn normalment ma tinstabx ħafna kannabis kellhom żidiet konsiderevoli f’din is-sena. L-aktar li nqabdet kokaina fl-Unjoni Ewropea kien fl-2018 ukoll.

Dwar il-Covid-19 u d-Dwana
Il-Covid-19 ma waqqafx xogħol id-Dwana