Id-Dwana b’sistema ġdida ta’ rilaxx li bdiet taħdem dalgħodu

Id-Dipartiment tad-Dwana nieda sistema ġdida ta’ IT għar-rilaxx ta’ merkanzija maħsuba għall-importazzjoni.
B’hekk, is-sistema preżenti tal-importazzjoni (CES), is-sistema tal-esportazzjoni (NES) u s-sistema tal-manifest intfew nhar il-Ġimgħa.
Ilbieraħ, is-sistema tal-manifest inxtegħlet mill-ġdid għall-ħabta tat-8am.
Biex dalgħodu, għall-ħabta tas-6 am, inxtegħlet is-sistema l-ġdida tal-importazzjoni (NIS) u s-sistema tal-esportazzjoni (NES).
Għall-aħħar żviluppi dwar dan, żur is-sit tad-Dwana.