Id-duo ta’ Everton, Bernard u Richarlison fl-aqwa tagħhom

Id-duo Brażiljan ta’ Everton, Bernard u Richarlison kienu fl-aqwa tagħhom fil-logħba kontra Crystal Palace. Il-maniġer Roy Hodgson ħaseb li x-xorti tat-tim inbidlitilhom meta Jordan Pickford għaddielu l-ballun ta’ Christian Benteke minn taħtu biex kisbu l-gowl tad-draw.

Iżda rnexxielhom iżommu d-draw biss għal tmien minuti qabel ma Richarlison irnexxielu jagħmel azzjoni personali biex għamel l-iskor 2-1. Kien umbad Dominic Calvert-Lewin li żied it-tielet gowl għal Everton.

Ir-rebħa tfisser li Everton huma biss punt bogħod minn Tottenham fil-ħames post. Għal Palace din kienet is-seba’ telfa tagħhom suċċesiva fil-league.