Id-dulluvju f’Ġenova jħalli vittma

F’Ġenova, l-Italja, raġel ta’ 57 sena tilef ħajtu meta nqabad f’mina taħt l-art waqt dulluvju ta’ xita li niżlet fi ftit sigħat ilbieraħ filgħaxija.
Ix-xita f’salt, li għamlet bejn id-9.30pm u nofsillejl, wasslet biex faru t-tlett ixmajjar fil-qalba tal-belt, li dalgħodu qamet miksija bit-tajn.
Żewġ persuni oħra, li għal xi ħin kienu maħsuba mitlufa għax inġarru mill-kurrenti tal-ilma, instabu qawwija u sħiħa.
Tliet snin ilu, fl-4 ta’ Novembru, Ġenova u l-inħawi wkoll spiċċaw taħt dulluvju ieħor li ħasad il-ħajja ta’ għadd ta’ persuni.