Id-Dukessa Camilla f’tug of war ma’ tifla fuq bukkett fjuri

Waqt żjara fil-librerija statali Perth fl-Awstrallja, id-Dukessa Camilla  kellha tug of war ma’ tifla żgħira li riedet il-bukkett tal-fjuri tagħha.
Id-Dukessa kienet offruta xi rigali mingħand it-tifla ta’ sentejn, wara li din iddeċidiet li toħdilha l-fjuri.
Flimkien mad-Dukessa, il-Prinċep Charles attenda funzjoni fil-Katidral ta’ San Ġorġ u wara attenda għal żjara f'ċentru tal-konservazzjoni.
Il-koppja rjali qattgħu 12-il ġurnata fl-Awstralja u New Zealand.
Prinċep Charles iċċelebra għeluq żmienu nhar is-Sibt b’bbq fil-bajja Cottlesloe f’Perth.
Għaċ-ċelebrazzjoni kien hemm 500 persuna.