Id-Duka u d-Dukessa ta’ Sussex kisbu kuntratt kbir ma’ Netflix

Id-Duka u d-Dukessa ta’ Sussex iffirmaw ftehim kbir biex jagħmlu films u serje għal Netflix. Harry u Meghan x’aktarx li kisbu ftehim ta’ bosta miljuni ta’ liri Sterlini ma’ Netflix.

Il-kumpanija Netflix qalet li se jipproduċu kontenut li jinforma iżda jagħti wkoll tama permezz ta’ dokumentarji u serje ipprogrammati għat-tfal. Iżda d-Dukessa, li kisbet fama fid-drama tat-TV Suits, mhux se tidher bħala attriċi.

Il-koppja qalu li permezz tal-ħidma tagħhom ma’ komunitajiet diversi u l-ambjenti tagħhom “l-attenzjoni tagħna se tkun fuq il-ħolqien ta’ kontenut li jinforma iżda li jagħti wkoll tama. Bħala ġenituri ġodda, li nagħmlu programmi ta’ ispirazzjoni huwa importanti wkoll għalina, bħalma huwa r-rakkont ta’ stejjer permezz ta’ programmi li juru l-verità tal-ħajja.”

Qed jiġu żviluppati bosta proġetti fosthom sensiela ta’ dokumentarji dwar in-natura u serje animata li tfakkar nisa li jispiraw lil nisa oħra.

Harry u Meghan riċentement xtraw villa kbira ta’ £11-il miljun f’Kalifornja wara li telqu mir-Renju Unit.