Id-Duka ta’ Edinburgh jqatta’ t-tielet lejl fi sptar f’Londra

Id-Duka ta’ Edinburgh qatta’ t-tielet lejl fi sptar f’Londra u qed jingħata kura għal kundizzjoni li diġà kellu. Ir-Reġina qegħda ġewwa Sandringham Estate f’Norfolk.

Nhar il-Ġimgħa ir-Re ttieħed l-isptar fiċ-ċentru ta’ Londra f’miżura ta’ prekawzjoni. Skont Buckingham Palace hu ttieħed l-isptar biex ikun taħt osservazzjoni u jingħata t-trattament li jeħtieġ. Fi stqarrija ntqal li kien it-tabib li ssuġġerixxa li għandu jittieħed l-isptar.

Min-naħa tagħha r-Reġina ma bidlitx il-programm tagħha u telqet minn Buckingham Palace għal Norfolk bil-ferrovija biex tibda l-btala tradizzjonali ta’ żmien il-Milied.