Id-dubbien li jġorr 100 marda joffri ħjiel għall-kura tal-mard

Riċerka fl-Istati Uniti żvelat kif il-kontenut ġenetiku tad-dubbiena komuni, jista’ joffri ħjiel ta’ kura għall-mard tal-bniedem.
Dan minkejja li d-dubbiena komuni tista’ ġġorr  magħha 100 marda, fosthom dik li permezz tagħha, il-persuna tispiċċa titlef id-dawl.
B’kuntrarju għad-dubbien tal-frott, dan id-dubbien ikollu kuntatt regolari maż-żibel, annimali mejta u materjal ieħor li jkollu l-baktirja u viruses.