‘Id-drittijiet ċivili ma spiċċawx’: L-Amerikani jfakkru Juneteenth

REUTERS/Andrew Kelly

Read in English.

Eluf inġabru fi bliet madwar l-Istati Uniti lbieraħ biex ifakkru Juneteenth, ġurnata li tfakkar it-tmiem tal-iskjavitu aktar minn seklu u nofs ilu, okkażjoni b’sinifikat speċjali hekk kif l-Amerka qed taffaċċja r-razziżmu li ilu preżenti fost għadd ta’ ġenerazzjonijiet.

Ir-Reuters irraporta li wara kważi erba’ ġimgħat ta’ protesti u eżamijiet ta’ kuxjenzi li skattaw mill-mewt ta’ raġel Iswed, George Floyd, taħt l-irkoppa ta’ uffiċjal tal-pulizija abjad, dimostraturi marru fit-toroq madwar il-pajjiż minn Atlanta sa Oakland, California. Iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Juneteenth din is-sena tħaltu ma’ għajta għall-ġustizzja razzjali.

Għadd ta’ attivitajiet formali ta’ Juneteenth tħassru minħabba tħassib dwar il-coronavirus. Attivisti organizzaw attivitajiet online kif ukoll street marches.

Il-ġabriet kienu fil-maġġoranza tagħhom fi spirtu ta’ briju.