“Id-dritt għall-ħajja jissupera d-dritt tar-riproduzzjoni tal-mara”

Il-Whip tal-Gvern Godfrey Farrugia akkuża lill-Awtorità tal-Mediċini li konvenjentament qed tinjora l-liġi Maltija u saħaq li l-mediċina ‘Ella’ hija abortiva. Dan hekk kif saħaq li “d-dritt għall-ħajja hu dritt universali u li jissupera kull dritt ċivili ieħor, inkluż id-dritt ta’ mara fuq ir-riproduzzjoni tagħha”.
Huwa kkwota verbatim studju xjentifiku li jgħid b’mod ċar li l-mediċina ‘Ella’ hija abortiva u kemm tipprevjenti l-impjantazzjoni kif ukoll toqtol embrijuni impjantati. Staqsa għaliex dan il-logħob ta’ kliem li jħallat il-mediċina differenti f’daqqa.
Huwa qal li f’Malta hawn qbil politiku li liġi tiddefinixxi l-ħajja mill-konċepiment. Saħaq li dan ifisser li l-abort huwa illegali f’Malta. Qal li abbozz ta’ linjigwida li għandhom jiġu ppubblikati mill-Awtorità tal-Mediċini, juru li din “tilfet triqitha”, li “tinsa x’tgħid il-liġi Maltija li l-Awtorità hi suġġetta għaliha”, u li f’dan l-abbozz “m’hemmx intenzjoni ta’ ġid pubbliku”.
Saħaq li t-trabi fil-ġuf huma l-iktar vulnerabbli u bla leħen daqs jekk mhux aktar mill-klieb u l-qtates, u fisser li persuna ma tistax tkun ambjentalista u mbgħad tkun kontra l-ħajja
Awgura li l-verżjoni finali tal-linjigwida, l-Awtorità tindirizza l-iżbalji xjentifiċi u illegalitajiet li fih dan l-abboz.