Id-dopjetta ta’ Salah tassigura 3 punti oħra għal Liverpool

Mohamed Salah skurja darbtejn għal-leaders tal-Premier League. Min-naħa tagħhom Watford sabuha xi ftit diffiċli biex jikkumbattuhom. Din kienet l-ewwel logħba li mexxa Nigel Pearson.

Salah dawwar il-ballun fil-kantuniera biex skurja l-ewwel gowl. Hu skurja t-tieni wieħed tard fil-logħba, propjament fil-minuta finali tad-90 minuta. Il-logħba ntlagħbet ġewwa Anfield.

Watford ukoll kellhom xi opportunitajiet, iżda sfortunatament fallew milli jdawruhom f’gowls.

Liverpool baqgħu ma tilfux logħba dan l-istaġun. Il-logħba ma kinitx tant pjaċevoli, iżda Livperpool għamlu xogħolhom u assiguraw tliet punti oħra. Bla dubju t-tim ta’ Jurgen Klopp għamlu Anfield il-fortizza tagħhom u wrew mill-bidu li se jkunu qed jiddomminaw bil-pussess tal-ballun.

Riżultati oħra:

Burnley 1-0 Newcastle United

Chelsea 0-1 AFC Bournemouth

Leicester City 1-1 Norwich City

Sheffield United 2-0 Aston VillaSouthampton 0-1 West Ham United