Id-dokumenti tal-vot jittieħdu lura f’Evans Building

Il-Ħadd li għadda kienet l-aħħar ġurnata ta’ tqassim ta’ voti fid-djar mill-pulizija.

Il-voti li ma tqassmux issa ttieħdu lejn Evans Building, il-belt sabiex isir proċess ta’ rikonċiljazzjoni.

Nhar il-Ġimgħa 22 ta’ Frar, huwa mistenni li dawn id-dokumenti jintbagħtu fl-għases tal-pulizija, fejn hemm il-pubbliku ikun jista jiġbor id-dokument tal-vot tiegħu.

Wieħed irid jippreżenta l-karta tal-identità, u ma jistax jiġbor voti f’isem ħaddieħor.

Dan jista jsir sal-Ħadd ta’ qabel l-elezzjoni, iġifieri fit-3 ta’ Marzu. Wara din id-data, kull min ikun għadu bla vot irid imur personalment fl-Evans Building, sa nofsillejl tal-Ħamis 7 ta’ Marzu.

Għalkemm il-votazzjoni se ssir is-Sibt 9 ta’ Marzu, kull min ikun imsiefer f’dik id-data jista’ jivvota ġimgħa qabel, iżda jrid jagħmel dikjarazzjoni ġuramentata fl-Evans Building.