Id-dokument tat-tielet sigriet ta’ Fatima jittella’ onljan

Għall-ewwel darba fl-istorja, il-manuskritt li jingħad hu dak li jikxef it-tliet sigriet ta’ Fatima, issa qiegħed onlajn.
Bl-approvazzjoni tal-Papa Franġisku, is-Santwarju ta’ Fatima tefa’ fuq il-websajt tiegħu d-dokument kollu u oriġinali. 
Kienet is-soru Karmelitana Lucia dos Santos li kitbet id-dokument wara li meta kienet żgħira, flimkien mal-kuġini tagħha kienet deheritilha l-Madonna.
Fis-sena 2000, is-sena tal-Ġublew, il-Vatikan ibbaża r-riċerka tiegħu fuq id-dokument tas-soru u ppubblika dak li jingħad hu t-tielet sigriet ta’ Fatima li jitfa’ dawl fuq kwistjonijiet marbuta mal-fidi, il-qtil ta’ tfal qabel ma jitwieldu u gwerer dinija.
Kien fl-1917 meta tliet itfal Portugiżi jgħidu li kemm-il darba raw lil Madonna fiż-żona ta’ Fatima, li tinsab 75mil ‘il bogħod minn Liżbona.
Is-Soru Lucia dos Santos minn dejjem kienet tgħid li sar realtà ħafna minn dak li kienet tkellimhom fuqhom il-Madonna. 
Fil-fatt, il-Papa San Ġwanni Pawlu II kien jemmen li wieħed mis-sigriet kellu x’jaqsam mal-attentat ta’ qtil tiegħu fi Pjazza San Pietru.
Tista' taqra t-tielet sigriet ta' Fatima hawnhekk: http://segredoerevelacao.fatima.pt./visita/?startscene=p10