Id-dokument “nieqes” tal-MIDI ma jiffurmax parti mir-rekords tal-Kamra

L-Ispeaker Anġlu Farrugia qal li l-kuntratt tal-MIDI tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra xhur wara li kienet għalqet id-diskussjoni fil-Kumitat.
Fi stqarrija, l-Ispeaker, b’referenza għad-dokumenti “nieqsa” b’rabta mal-kuntratt tal-Gvern mal-konsorzju MIDI, qal li din hija r-raġuni għala d-dokumenti li saret referenza għalihom fil-midja ma jiffurmawx parti mir-rekords tal-Kamra.
Skont il-minuti tal-Kumitat tal-Verifika ta’ Novembru tal-1999, l-għaqda Friends of Manoel Island kienet qalet li dawn id-dokumenti kienu tressqu quddiem il-Parlament.
Id-dokumenti jistipulaw penali kbar f’każijiet fejn iż-żminijiet stipulati, fir-rigward ta’ Tigné Point u Manoel Island, ma jiġux rispettati.