Id-doċoċ waslu f’Golden Bay

Fl-aħħar jiem tweħlu 14-il doċċa ġdida fil-bajjiet f’Malta. Wara l-bajja ta’ San Ġorġ f’Paceville, id-doċoċ waslu fil-Bajja tal-Għadira, f’Golden Bay u f’Fond Għadir.

Din hi inzjattiva mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu bil-kollaborazzjoni tal-Fondazzjoni għaż-Żoni Turistiċi.