Id-djoċesi ta’ Limerick fl-Irlanda illum bla quddies

Illum it-Tlieta, fid-Djoċesi ta’ Limerick fl-Irlanda, għall-ewwel darba mill-1829 ‘l hawn m’hu se jsir ebda quddies fil-knejjes  f’xi djoċesi Irlandiża.
Minflok il-quddies se jkun hemm Qari mill-Kotba mqaddsa li jsir mil-lajċi u talb ieħor iżda ebda quddiesa u ebda tqarbin.  Dan minħabba n-nuqqas ta’ vokazzjonijiet saċerdotali  u minkejja l-isforzi tal-Isqof tal-post biex isir l-aħjar użu mis-saċerdoti li għandu.
Nhar it-Tlieta naqas tqarbin m’hu se jsir, għalkemm dan ma jfissrx li f’okkażjonijiet oħra, partikolarment fejn isir tqarbin fi djar tal-anzjani nhar ta’ Ħadd, ma jsirx tqarbin minn lajċi.
F’Novembru li għadda, l-Isqof Brendan Leahy wissa’ li n-nuqqas kroniku ta’ saċerdoti u n-nuqqas ta’ attendnaza għall-quddies seta’ jwassal biex xi knejjes ikollhom quddies biss darbtejn jew darba fix-xahar nhar ta’ Ħadd.
Id-Djoċesi ta’ Limerick għandha popolazzjoni Kattolika ta’ 184,340 persuna mifruxa f’60 parroċċa li għandhom 94 knisja.  Fiha hemm 83 saċerdot attiv – 45 kappillan, 38 kurat li minnhom 10 biss huma taħt il-50 sena.
“Kullimkien fid-dinja, fejn m’hemmx saċerdoti, il-Liturġija tal-Kelma issir fil-parroċċi bla ma jsir tqarbin. F’ħafna aspetti qed nerġgħu lura lejn l-imgħoddi meta l-insara kienu jmorru għall-quddies bla ma jitqarbnu” qal l-Isqof.
Is-sena li għaddiet, f’sinodu djoċesan li fih ħadu sehem 400 persuna, 300 minnhom kienu lajċi, irrikonoxxa l-bżonn ta’ involviment ta’ lajċi.
Bħalissa hemm 67 persuna jistudjaw għas-saċerdozju, 55 minnhom fil-Kulleġġ tas-Salesjani f’Maynooth u 12 f’Ruma.  Maynooth jista’ jieħu 500 seminarist.  Bħalissa l-eta’ medja tas-saċerdoti hi ta’ 67 u dawn jirtiraw meta jagħlqu 75 sena.