Id-Djoċesi t’Għawdex b’għajnuna mill-Gvern biex tixri materjal għal tfal bl-awtiżmu

Id-Djoċesi t’Għawdex se tingħata għajnuna finanzjarja mill-Ministeru t’Għawdex biex biha jinxatra materjal informattiv u formattiv tal-katekiżmu li huwa addattat għat-tfal bl-awtiżmu.
Dan il-ġest sar ukoll f’dax-xahar, li qed ifakkar l-importanza li jikber l-għarfien dwar l-awtiżmu, bħal fil-bqija tad-dinja.
Il-Ministru għal Ghawdex, Justyne Caruana, qalet li l-Ministeru għal Għawdex ried li proprju f’dawn il-ġranet ikun hemm għajnuna konkreta.
Min-naħa tiegħu, Dun Simon Cachia rringrazja lill-Ministru Caruana ta’ din l-għotja li qal li żgur se tkun ta’ ġid u sostenn għal dawn il-persuni.
Dax-xahar ukoll xi binjiet, fosthom il-Ministeru għal Għawdex, iċ-Ċittadella u l-Banka Giuratal, inxtegħlu b’dawl blu, kulur assoċjat ma’ din il-kundizzjoni.
Ritratt: MGOZ – Terry Camilleri