​Id-djar Ewropej daħħlu aktar flus fit-tielet kwart tal-2017

Iż-żieda fid-dħul tad-djar taż-Żona Ewro fit-tielet kwart tal-2017 kienet ta’ 0.4% wara żieda ta’ 0.6% fil-kwart preċedenti.
Dan ħareġ minn stħarriġ li sar mill-Eurostat u mill-Bank Ċentrali Ewropew.
L-istħarriġ wera wkoll li fl-Unjoni Ewropea, iż-żieda reali fid-dħul tad-djar żdiedet b’0.7% fit-tielet kwart tal-2017 wara żieda ta’ 0.7% fil-kwart preċedenti. Il-konsum mill-istess djar żdied b’0.7% fit-tielet kwart tal-2017.