​“Id-djalogu mal-pubbliku huwa importanti”

Il-Ministru għall-Kultura Owen Bonnici qal li qatt ma jista’ jkun hemm żvilupp jekk wieħed ma jimbuttax l-edukazzjoni, il-kreattività u l-iżvilupp tal-potenzjal uman.
Huwa qal dan f’konferenza bit-tema “Bliet bħala spazji għall-komunità” organizzata mill-Fondazzjoni V18. 
Matulha saħaq dwar l-importanza tad-djalogu mal-pubbliku. Semma kif politika tajba għandha tkun sinonima ma’ komunikazzjoni tajba mal-pubbliku u mal-istakeholders kollha involuti fi proġett.
Il-Ministru Bonnici sostna li l-livell ta’ djalogu mal-pubbliku huwa wkoll għodda tajba biex ikejjel il-livell ta’ governanza tajba.
Ritratt: DOI – Jeremy Wonnacott