“Id-djalogu importanti; imma hemm bżonn azzjoni” – Kamra tal-Kummerċ

a man wears a mask outside St Julians coronavirus
Miguela Xuereb

Read in English.

Il-Kamra tal-Kummerċ, Intrapriżi u l-Industrija qalet li filwaqt li djalogu attiv huwa importanti hemm bżonn li tittieħed azzjoni urġenti.

Fi stqarrija, il-Kamra tal-Kummerċ qalet li kellha laqgħa flimkien mal-Assoċjazzjoni għal Min Iħaddem u l-Prim Ministru Robert Abela lbieraħ. Waqt il-laqgħa, il-President David Xuereb qal li komunikazzjoni miftuħa u kontinwa hija importanti. Qal li bħala Kamra, flimkien mal-imsieħba soċjali, se tkompli titkellem dwar il-problemi li qed iħabbtu wiċċhom magħhom in-negozji sabiex tassigura li dawn in-negozji jkollhom ċans li jibqgħu għaddejjin wara li l-agħar perjodu jgħaddi.

Din il-laqgħa ġiet wara l-kritika li għamlet l-istess Kamra tal-Kummerċ għall-aħħar pakkett ta’ miżuri li ħabbar il-Prim Ministru ftit tal-jiem ilu bil-għan li jassisti lin-negozji lokali biex ma jintilfux impjiegi. Il-Kamra tal-Kummerċ kienet iddeskriviet il-miżuri mħabbra mill-Gvern bħala diżappuntanti u sostniet li l-akbar telliefa f’dan kollu se jkunu l-impjegati.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn