“Id-djalogu għandu jżid l-għaqda bejn il-persuni” – Papa Franġisku I

Waqt udjenza mal-Korpi Diplomatiċi fil-Belt tal-Vatikan il-Papa Franġisku I stqarr li bħala djalogu huwa jispera li d-djalogu jwassal sabiex tiżdied l-għaqda bejn il-persuni. Huwa enfasizza l-importanza ta’ dan il-fattur.

Il-Papa kompla jgħid li permezz ta’ dawn il-korpi diplomatiċi l-Papa se jiltaqa’ maċ-ċittadini tagħhom u għalhekk iwassal il-messaġġ tiegħu. Permezz tal-korpi diplomatiċi l-Papa se jkun jista’ jħoss l-inkwiet taċ-ċittadini, il-ferħ u x-xewqat tagħhom.