Id-djalett Malti huwa aċċettat?

Hemm min jużah u hemm min le. U hemm min qas ikun jaf li qed jużah.

Qed nitkellmu fuq id-djalett Malti, xi ħaġa li ilha magħna għal mijiet ta’ snin iżda dejjem fil-periklu li ma tibqax.

Tkellimna ma’ Michael Spagnol, studjuż tal-lingwa Maltija.

Huwa qal li kull lokalità għandha id-djalett tagħha. Iżda d-djalett mhuwiex differenti skond ir-reġjuni biss, iżda anke’ skond il-ġenerazzjonijiet.

Iżda li titkellem bid-djalett mhux dejjem kienet meqjusa bħala aċċettabli, anke fl-iskejjel.

Id-djalett mhuwiex biss dwar kif tingħad il-kelma. Michael Spagnol qalilna li d-djalett jista jiġi meqjus bħala lingwa oħra żgħira, u sa ċertu punt b’grammatika differenti.

Il-membri tal-proġett CARD fi ħdan l-Istitut tal-Lingwistika, bis-sehem tad-Dipartiment tal-Malti se jtellgħu seminar fuq id-djaletti, nhar is-Sibt 9 ta’ Frar mit-8 sas-1pm fl-Università ta’ Malta