Id-DJ Awstraljan Adam Sky imut f’inċident f’Bali

Facebook

Id-DJ magħruf Awstraljan Adam Sky miet kawża ta’ inċident waqt li kien f’Bali. Ir-raġel li oriġinarjament jismu Adam Neat u li għandu 42 sena qed jingħad li weġġa’ serjament meta beda jipprova jgħin xi ħabiba tiegħu li sofriet minn numru ta’ feriti.

Meta mar biex jgħina baqa’ dieħel f’bieb tal-ħġieġ li wassal sabiex isofri bosta ġrieħi u jitlef ħafna demm skont rapport ta’ Nine News. Jidher li t-tfajla kienet waqgħet minn għoli minn terrazzin privat.

Din l-aħbar ġiet ikkonfermata wkoll fuq il-paġna uffiċċjali ta’ Facebook tad-DJ li huwa bbażat f’Singapore. Il-post tispjega li l-każ seħħ ilbieraħ, filwaqt li l-pubbliku ntalab jirrispetta l-privatezza tal-familja f’mument daqshekk diffiċli.

It is with great regret that we can confirm Adam Neat was involved in a fatal accident while trying to help a friend who…

Posted by Adam Sky Artist Labs on Sunday, May 5, 2019