Id-distakk bejn il-partiti jonqos għal 42,656 vot

Miguela Xuereb

Read in English.

Il-Kummissjoni Elettorali dalgħodu ħarġet ir-riżultati uffiċjali ta’ kemm kisbu voti l-Partiti fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew fejn jidher li d-distakk bejn il-voti miksubin mill-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista kien inqas minn dak prevvist ilbieraħ. Filwaqt li lbieraħ, riżultati mhux uffiċjali bdew jgħidu li l-Partit Laburista, qabeż lill-Partit Nazzjonalista b’aktar minn 50,000 vot, skont l-istatistika tal-Kummissjoni Elettorali, id-distakk kien dak ta’ 42,656 vot.

B’kollox, il-Partit Laburista kiseb il-fiduċja ta’ 141,267 votant, jiġifieri 54.29% tal-popolazzjoni eliġibbli. Intant, il-Partit Nazzjonalista kiseb 98,611-il vot, jiġifieri 37.90% tal-popolazzjoni eliġibbli. It-tielet Partit li kiseb l-aktar voti kien Imperium Ewropa, li kellu biss kandidat wieħed, meqjus bħala wieħed kontroversjali, Norman Lowell, li kiseb total ta’ 8,236 vot, jiġifieri 3.17%.

Aqra: Il-Kummissjoni Elettorali tħabbar is-6 MEPs eletti

Intant fi stqarrija b’reazzjoni għad-differenza fiċ-ċifri uffiċjali, il-Partit Nazzjonalista sostna li r-riżultat miksub din is-sena huwa wieħed viċin dak tal-elezzjoni ġenerali li għaddiet. Il-PN kompla jgħid li jilqa’ r-riżultat elettorali b’umiltà u b’determinazzjoni. Wiegħed li se jagħmel ħiltu biex jifhem u jirrappreżenta l-aspirazzjonijiet tal-poplu Malti.

Aktar dettalji mill-Kummissjoni Elettorali

Fuq il-website tal-Kummissjoni Elettorali tħabbar kif kien hemm total ta’ 371,456 persuna reġistrata sabiex tivvota f’din l-elezzjoni. Total ta’ 270,212-il persuna, jiġifieri 72.7% tal-popolazzjoni eliġibbli vvutat f’din l-elezzjoni. Total ta’ 260,212-il vot, jiġifieri 96.4% tal-voti kienu validi, filwaqt li kien hemm total ta’ 9,810 voti, jiġifieri 3.6% tal-voti li kienu invalidi.

X’inhuma t-totali tal-voti?

PartitVotiPresentaġġ
Partit Laburista141,26754.29%
Partit Nazzjonalista98,61137.90%
Imperium Ewropa8,2363.17%
Partit Demokratiku5,2762.03%
Kandidati Indipendenti2,6741.03%
Alternattiva Demokratika1,8660.72%
Alleanza Bidla1,1860.46%
Moviment Patrijotti Maltin7710.30%
Brain, Not Ego3230.12%
Miguela Xuereb

Kemm kisbu voti l-kandidati kollha għal MEPs?

KandidatVoti tal-1 għaddVoti tal-5 għadd
Miriam Dalli, PL63,43837,174
Roberta Metsola, PN38,20637,174
Alfred Sant, PL26,59237,124
Alex Agius Saliba, PL18,80823,272
Josianne Cutajar, PL15,60321,267
David Casa, PN20,49320,974
Frank Psaila, PN13,26813,520
Peter Agius, PN10,47410,616
Norman Lowell, IE8,2388,335
Cyrus Engerer, PL5,3947,595
Francis Zammit Dimech, PN5,7825,917
David Stellini, PN3,6153,654
Michael Briguglio, PN3,1343,220
Camilla Appelgren, PD3,0533,125
James Grech, PL2,5302,857
Josef Caruana, PL2,3082,766
Roselyn Borg, PN2,1552,254
Arnold Cassola, Indipendenti2,1272,175
Joseph Mario Sammut, PL1,7472,038
Felix Busuttil, PL1,1891,888
Godfrey Farrugia, PD1,6681,691
Noel Cassar, PL1,1821,468
Dione Borg, PN1,1761,203
Lorna Vassallo, PL7291,048
Carmel Caccopardo, AD1,0211,041
Mary Gauci, PL713921
Mina Tolu, AD845869
Robert Micallef, PL595750
Ivan Grech Mintoff, AB660661
Simon Borg, MPM577582
Fleur Anne Vella, PL439560
Rebecca Dalli Gonzi, AB526534
Nazzareno Bonnici, Indipendenti376411
Antoine Paul Borg, BNE323330
Michael Mercieca, PN308319
Anthony Emmanuel Buttigieg, PD306310
Martin Cauchi Inglott, PD249253
Naged Megally, MPM194196
Stephen Florian, Indipendenti106112
Joseph Aquilina, Indipendent43
Mario Borg, Indipendenti22