Id-diskors ta’ Zarb dwar Daphne mhux aċċettabbli – PD

Id-diskors ta’ Tony Zarb, l-eks segretarju ġenerali tal-General Workers’ Union, fil-konfront tal-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia huwa inaċċettabbli. Dan qalu l-Partit Demokratiku (PD) fi stqarrija, fejn qal li Caruana Galizia kienet ġurnalista ammirata ħafna u li qed tkun onorata għal xogħolha minn madwar id-dinja. Skont il-PD din ma kinitx l-ewwel darba li Zarb għadda kummenti ta’ disprezz dwar nisa li pprotestaw kontra xi azzjoni tal-Gvern.

Il-PD qal li l-kummenti għandhom eku ta’ sessiżmu u li kienu intenzjonati biex juru disprezz kontra nisa li jipprotestaw. Huma qalu li l-għan ta’ dan hu li tikber il-mibegħda u l-persekuzzjoni fil-midja lokali.

Huma qalu li qed jappoġġjaw lill-Avukat Paul Borg Olivier li talab lill-President ta’ Malta, Marie Loiuse Coleiro Preca biex tirtira l-midalja ta’ Ġieħ ir-Repubblika li ngħatat lil Zarb is-sena l-oħra. Dan għax fil-fehma tal-PD, ma jimmeritaħx dan l-unur wara li attakka verbalment lil nisa minħabba t-twemmin tagħhom.