Id-diski vinyl se jinbiegħu aktar mis-CDs għall-ewwel darba mill-1986

Fil-futur hu mistenni li l-bejgħ tad-diski tal-vinyl jinbiegħu aktar mis-CDs. B’hekk id-diski ‘l-antiki’ se jirbħu fil-bejgħ lis-CDs mill-1986.

Il-bejgħ tad-diski vinyl beda jikber dan l-aħħar żmien sena wara sena. Fl-istess waqt il-bejgħ tas-CDs ħa tisbita ’l isfel. Is-sena l-oħra r-Recording Industry Association tal-Istati Uniti rrappurtat li CDs kienu qed inaqqsu mill-bejgħ tlieta fil-mija, l-istess ammont li d-diski vinyl kien qed iżidu fil-bejgħ. Fi Frar li għadda l-Assoċjazzjoni ħabbret li terz mid-dħul tal-ħwienet tad-diski kien ġej mill-bejgħ tad-diski vinyl.

Skont rapport għal nofs din is-sena l-vinyl biegħu 8.6 miljun diska bi dħul ta’ $224.1 miljun u naqqsu l-vantaġġ li kellhom is-CDs meta dawn inbiegħu 18.6 miljun bi dħul ta’ $2.47 miljun. F’nofs is-sena l-oħra d-dħul mill-vinyl żdied bi 12.8 fil-mija u fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena ż-żieda kienet ta’ 12.9 fil-mija. Esperti fil-bejgħ jemmnu li jekk tkompli din ir-rata l-vinyl se jdaħħal aktar flus mis-CDs fi żmien qasir.

Imma minkejja ż-żjieda fil-bejgħ tal-vinyl jibqa’ ċar daqs il-kristall li l-istreaming  jibqa’ jiddomina l-industrja tad-diski fejn din is-sena l-abbonament f’siti ta’ streaming iġġenera 62 fil-mija tal-flus kollu li daħlu f’din l-industrja.